Rati.
Servizzi lingwistiċi b’rati ċari u trasparenti.
Ir-rata tiddependi fuq it-tip ta’ xogħol, it-tul u l-kumplessità tat-test. Għat-traduzzjoni, ir-reviżjoni u l-qari tal-provi, ir-rati jiġu kkalkulati skont in-numru ta’ kliem fit-test oriġinali; għal xogħol ieħor, nista’ nagħti stima skont il-materjal u r-rekwiżiti.
traduzzjoni
€0.08 / kelma
Traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti. Nittraduċi wkoll mill-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż fuq talba.
Ir-rata tinkludi l-ħidma meħtieġa biex it-test jinftiehem, tiġi rriċerkata t-terminoloġija meħtieġa u tinħoloq verżjoni Maltija preċiża u naturali.
Traduzzjoni teknika / speċjalizzata
€0.12 / kelma
Għal testi li jeħtieġu riċerka terminoloġika aktar estensiva jew għarfien ta’ qasam speċjalizzat.
REVIŻJONI
€0.06 / kelma
Reviżjoni ta’ traduzzjonijiet jew testi bil-Malti, inkluż kontroll tal-preċiżjoni, il-lingwa, it-terminoloġija, il-konsistenza, it-ton u l-adegwatezza għall-kuntest.
Għal traduzzjonijiet, ir-reviżjoni tista’ tinkludi tqabbil mat-test oriġinali biex jiġi vverifikat li t-tifsira u l-intenzjoni ġewx trasferiti b’mod korrett.
qari tal-provi
€0.035 / kelma
Kontroll finali dettaljat tal-ortografija, il-grammatika, il-punteġġjatura, l-iżbalji tat-tipa, il-konsistenza u d-dettalji tipografiċi.
X'tinkludi r-rata?
Ir-rata mhijiex sempliċement għall-ħin li nqatta’ nittajpja t-traduzzjoni.
Tinkludi l-proċess kollu meħtieġ biex jinħoloq test ta’ kwalità: qari u analiżi tat-test, riċerka, verifika terminoloġika, traduzzjoni, reviżjoni u kontroll finali.
Dan huwa partikolarment importanti f’testi tekniċi u speċjalizzati, fejn it-tiftix u l-verifika tat-terminoloġija jistgħu jkunu parti sostanzjali mix-xogħol.
Kellimni
Għandek xi test li tixtieqni nara?
Ibgħatli d-dettalji tax-xogħol tiegħek u niddiskutu x'tip ta' servizz għandek bżonn.
