IL-VJAĠĠ TIEGĦI
B.A. (Unuri) fil-Franċiż
Studjajt il-lingwa u l-letteratura Franċiża fl-Università ta’ Malta, b’taħriġ fil-lingwistika, l-analiżi ta’ testi lingwistiċi/letterarji u d-diskors, u l-kultura u ċ-ċiviltà Franċiża.
Erasmus
Għamilt perjodu ta’ studju f'Université Blaise Pascal, Clermont-Ferrand, Franza, fejn komplejt l-istudji tiegħi fil-lingwa u l-kultura Franċiża f’ambjent multilingwi. Din l-esperjenza tatni l-opportunità ngħix il-lingwa lil hinn mis-swali tal-lekċers u fhimt aħjar ir-rabta bejn il-lingwa, il-kultura u l-komunikazzjoni.
M.A. fit-Traduzzjoni
Għamilt taħriġ speċjalizzat fit-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni, b’enfasi fuq it-traduzzjoni bejn l-Ingliż u l-Malti, l-analiżi u l-produzzjoni tat-testi, it-terminoloġija u l-użu ta’ lingwaġġ speċjalizzat. Il-programm, imfassal mill-Università ta' Malta, kien maħsub bħala tħejjija għat-tradutturi professjonali għall-kuntest lokali u, b’mod partikolari, għall-ħtiġijiet lingwistiċi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea wara s-sħubija ta’ Malta.
Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Mort naħdem Brussell mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala traduttur, fejn ħdimt fuq regolamenti, deċiżjonijiet u testi istituzzjonali oħra, kif ukoll fuq terminoloġija Ewropea fil-kuntest multilingwi tal-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-esperjenza tatni għarfien imprezzabbli tal-proċessi tat-traduzzjoni istituzzjonali u l-metodi ta' riċerka, kif ukoll tal-istandards lingwistiċi rigorużi meħtieġa f’dan l-ambjent.
Għidha bil-Malti
Bdejt Għidha bil-Malti bħala proġett indipendenti fuq il-media soċjali biex inrawwem iżjed apprezzament u mħabba lejn il-Malti. Minn dak iż-żmien, il-proġett kiber f’ġabra ta’ riżorsi fost l-oħrajn dwar il-konjugazzjoni tal-verbi, il-qwiel u l-idjomi.
Il-ħidma tkompli
Illum il-ġurnata nkompli nħaddem l-esperjenza akkademika u istituzzjonali tiegħi bħala xogħol part-time fit-traduzzjoni, ir-reviżjoni u l-qari tal-provi. Fl-istess waqt, naħdem fil-qasam tar-riżorsi umani fi ħdan il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC), Brussell.