• Dwari
  • Servizzi
    • Traduzzjoni
    • Reviżjoni
    • Qari tal-provi
  • Rati
  • Riżorsi
    • verb.mt | Konjugatur tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • Għidha bil-Malti
  • Kellimni

Rati.

Servizzi lingwistiċi b’rati ċari u trasparenti.

Ir-rata tiddependi fuq it-tip ta’ xogħol, it-tul u l-kumplessità tat-test. Għat-traduzzjoni, ir-reviżjoni u l-qari tal-provi, ir-rati jiġu kkalkulati skont in-numru ta’ kliem fit-test oriġinali; għal xogħol ieħor, nista’ nagħti stima skont il-materjal u r-rekwiżiti.

 

traduzzjoni

€0.08 / kelma

Traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti. Nittraduċi wkoll mill-Franċiż, it-Taljan u l-Olandiż fuq talba.

Ir-rata tinkludi l-ħidma meħtieġa biex it-test jinftiehem, tiġi rriċerkata t-terminoloġija meħtieġa u tinħoloq verżjoni Maltija preċiża u naturali.

Traduzzjoni teknika / speċjalizzata

€0.12 / kelma

Għal testi li jeħtieġu riċerka terminoloġika aktar estensiva jew għarfien ta’ qasam speċjalizzat.

REVIŻJONI

€0.06 / kelma

Reviżjoni ta’ traduzzjonijiet jew testi bil-Malti, inkluż kontroll tal-preċiżjoni, il-lingwa, it-terminoloġija, il-konsistenza, it-ton u l-adegwatezza għall-kuntest.

Għat-traduzzjonijiet, ir-reviżjoni tinkludi tqabbil mat-test sors biex jiġi vverifikat li t-tifsira u l-intenzjoni inqalbux b’mod korrett.

qari tal-provi

€0.035 / kelma

Kontroll finali dettaljat tal-ortografija, il-grammatika, il-punteġġjatura, l-iżbalji tat-tipa, il-konsistenza u d-dettalji tipografiċi.

X'tinkludi r-rata?

Ir-rata tinkludi l-proċess kollu meħtieġ biex jinħoloq test ta’ kwalità: qari u analiżi tat-test, riċerka, verifika terminoloġika, traduzzjoni, reviżjoni u kontroll finali.

Dan huwa partikolarment importanti f’testi tekniċi u speċjalizzati, fejn it-tiftix u l-verifika tat-terminoloġija jistgħu jkunu parti sostanzjali mix-xogħol.

Kellimni

Għandek xi test li tixtieqni nara?
Ibgħatli d-dettalji tax-xogħol tiegħek u niddiskutu x'tip ta' servizz għandek bżonn.

→ IBGĦATLI MESSAĠĠ

traduzzjoni · reviżjoni · qari tal-provi

© 2026

navigazzjoni

dwari
rati
kellimni

  • Follow

servizzi

Traduzzjoni
Reviżjoni
Qari tal-provi

    RIŻORSI LINGWISTIĊI

    verb.mt
    qawl.mt
    idjoma.mt
    ghidhabilmalti.mt